STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Workshop dwar informazzjoni miġbura mill-ispazju biex tintuża f’setturi varji

Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (l-MCST), f’kollaborazzjoni ma’ EURISY – għaqda tal-aġenziji spazjali, organizza workshop u laqgħa ta’ informazzjoni bit-titlu “e-shape solutions: Unlocking the potential of Earth Observation data for climate change and urban areas”.

Dan l-avveniment ittella’ sabiex jippromwovi l-użu ta’ informazzjoni miġbura mill-ispazju permezz tal- Osservazzjoni mis-Satelliti biex tintuża f’diversi proġetti inkluż dawk relatati mal-klima u l-ilma, kif ukoll l-importanza tal-użu ta’ din l-informazzjoni fl-operat ta’ kuljum ta’ entitajiet li jaħdmu fil-qasam. Ġew preżentati wkoll proġetti pilota li juru kif l-informazzjoni miġbura tista’ tiġi aċċessata mill-partijiet interessati.

Għal aktar informazzjoni dwar dan, kompli aqra din l-istqarrija minn hawnhekk.

This article was last updated on: March 1, 2023