STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Malta Ġusta: Viżjoni fit-tul b’investiment fir-Riċerka u l-Innovazzjoni

Ftehim iffirmat illum bejn il-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) u l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) se jpoġġi fiċ-ċentru żewġ setturi importanti għal pajjiżna, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, b’rabta ma’ taħriġ li se jingħataw l-istudenti.

B’dan il-ftehim jaħseb ukoll biex studenti li jattendu l-MCAST ikollhom aktar opportunitajiet ta’ esperjenza ta’ xogħol marbut mas-suġġetti li jkunu qed jistudjaw.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti, li ppresedew l-iffirmar tal-ftehim, tkellmu dwar l-importanza li l-Gvern qed jagħti mhux biss lil dawn iż-żewġ oqsma, imma wkoll billi qed joffri aktar opportunitajiet lill-istudenti.

Biex taqra din l-istqarrija għall-istampa, jekk jogħġbok agħfas hawnhekk.

 

This article was last updated on: November 22, 2023