STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Imnedija 5 skemi ta’ appoġġ biex tkompli tiżdied il-parteċipazzjoni fil-programm Horizon Europe

F’konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti nieda ħames skemi tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija biex jappoġġjaw il-parteċipazzjoni ta’ entitajiet Maltin fil-programm Horizon Europe. ​​

L-iskemi li ġew imnedija huma:

  • ERC Support Scheme – riċerkaturi se jkollhom l-opportunità u se jiġu megħjun biex jaċċessaw fondi mill-Kunsill Ewropew tar-Riċerka;
  • Horizon Europe Networking Support Scheme – permezz ta’ din l-iskema partijiet interessati se jingħataw fondi biex jattendu għal networking events ta’ Horizon Europe;
  • Horizon Internationalisation Partnership Award Scheme – din l-iskema toffri appoġġ lill-entitajiet Maltin li jkunu se jissottomettu proposta għall-fondi bħala koordinaturi ta’proġetti taħt il-Horizon Europe;
  • Postdoctoral Fellowship Training Scheme for Incoming Postdocs to Malta – din l-iskema tkopri l-ispejjeż relatati mal-ivvjaġġar ta’ riċerkatur t’esperjenza (post-dottorali) li jkun se jikkollabora ma’ entità Maltija f’proġett tal-Horizon Europe taħt l-Marie Curie Fellowships; u
  • European Innovation Council Support Scheme – din l-iskema toffri appoġġ lil min jkun se japplika għall-fondi taħt il-Programm tal-Kunsill Ewropew għall-Innovazzjoni, taħt Horizon Europe.

Waqt id-diskors tiegħu, is-segretarju parlamentari qal li permezz tat-tnedija ta’ dawn l-iskemi se tkompli tiżdied il-parteċipazzjoni Maltija fil-programm tal-UE, Horizon Europe. Għal dawn l-iskemi ta’ appoġġ ġew allokati  €200,000.

Biex taqra din l-istqarrija għall-istampa, jekk jogħġbok agħfas hawnhekk.

This article was last updated on: March 13, 2024