STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tiġi mnedija l konsultazzjoni pubblika dwar il Pjan Strateġiku tal R&I 2023 – 2027

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il‑Kunsill Malti għax‑Xjenza u t‑Teknoloġija (l‑MCST) nieda l‑Pjan Strateġiku Nazzjonali tal‑R&I, li jkopri l‑perjodu ta’ bejn l‑2023 u l‑2027, għall‑konsultazzjoni pubblika.

Waqt it‑tnedija ġie ppreżentat l‑abbozz tal‑Pjan Strateġiku Nazzjonali, fejn il‑partijiet kkonċernati fis-settur tar‑riċerka u l-innovazzjoni ġew mistiedna sabiex jikkontribwixxu bl‑għarfien tagħhom lejn l‑abbozz finali tal‑Pjan Strateġiku Nazzjonali tal‑R&I.

Għal aktar informazzjoni dwar dan, kompli aqra din l-istqarrija minn hawnhekk.

 

This article was last updated on: December 26, 2022